Government Logo
Works and Services Divisions spacer
spacer
spacer
Home | Works & Services Department | Projects | Official Boards | Reports & Documents | Directory | Links | Photo Gallery | Contact Us
spacer
Home  : PROJECTS : St Julians Promenade

Projects

St Julians Promenade

Bullet Various Projects at Rabat
Dotted Line
Bullet Various Projects at Sliema
Dotted Line
Bullet Various Projects at Valletta
Dotted Line
Bullet Various Projects at St Julians
Dotted Line
Bullet Various Projects at Qormi
Dotted Line
Bullet Marsaxlokk Promenade
Dotted Line
Bullet Mosta Church Parvis
Dotted Line
Bullet Gzira Church Parvis
Dotted Line
Bullet Mellieha – Foresta 2000
Dotted Line
Bullet Gnien Napuljun Tagliaferro, Pembroke
Dotted Line
Bullet BOV Adventure Park, Ta' Qali
Dotted Line
Bullet Villa Francia, Lija
Dotted Line
Bullet St Julian's Promenade
Dotted Line
Bullet Rehabilitation Works at Buskett
Dotted Line
Bullet Xghajra Promenade
Dotted Line
Bullet Salini National Park
Dotted Line
Bullet Sa Maison Garden & Kiosk
Dotted Line
Bullet Mission Fund Premises at Floriana
Design Spacer
 

DOI - 23/05/2008

"Fl-ippjanar u t-tfassil ta’ proġetti pubbliċi, qed tingħata importanza partikolari għall-użu maħsub għal dak il-proġett partikolari.  Dan iwassal biex ikollna proġetti ppjanati aħjar u li minnhom il-pubbliku jagħmel l-aħjar użu."

Works at St Julians Promenade

Dan qalu l-Ministru għar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino meta dalgħodu żar ix-xogħol li għaddej fuq it-tisbiħ tal-promenade f’San Ġiljan, fl-inħawi magħrufa bħala Xatt is-Sajjieda.

Il-Ministru Pullicino enfasizza li l-promenade trid titqies bħala waħda u għalhekk għandu jkun hemm kontinwità mill-Gżira sa San Ġiljan.  Dan japplika għad-disinn, għal street furniture kif ukoll għal kull ippjanar ieħor li hemm bżonn li jsir.

Hu saħaq li kwalunkwe xogħol li qed isir, u li għad irid isir, ser jagħti każ tal-bżonnijiet tas-sajjieda li jaħdmu fil-post u qal li dawn jagħtu karattru lill-villaġġ ta’ San Ġiljan.  Hu qal li s-sajjieda ser jibqgħu jkunu kkonsultati fuq kull aspett li b’xi mod jista’ jolqot l-attività tagħhom.

Works at St Julians Promenade

Intant, ix-xogħol ta’ tisbiħ tal-promenade ta’ Xatt is-Sajjieda qiegħed isir minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet tal-Ministeru għar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali.  Ix-xogħlijiet jinkludu l-pavimentar mill-ġdid tax-xatt u t-tqegħid ta’ madum b’mod li jkun hemm differenza bejn il-parti pedonali u l-post fejn is-sajjieda jistgħu jgħaddu bid-dgħajjes tagħhom.

L-estensjoni tal-promenade fiha ftit inqas minn 2000 metru kwadru ta’ pavimentar u x-xogħol huwa mistenni li jitlesta fil-bidu ta’ Lulju.  L-ispiża ta’ dan il-proġett hija ta’ madwar  €170,000 (Lm79,981).

Disclaimer | Privacy Policy | Copyright | Accessibility Statement | Help | FAQs | Sitemap | Homepage
 
Gov.mt Logo Government of Malta | © Ministry for Resources & Rural Affairs