|
Siege Bell Memorial, Valletta
Il-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura, ghadu kif beda xoghol ta’ manutenzjoni fuq il-Monument tal-Assedju ta’ Malta gewwa l-Belt Valletta.
Taghrif Storiku:
Dan il-monument gie inawgurat fid-29 ta’ Mejju 1992 mir-Regina Elizabetta II u mill-President ta’ Malta Dott. Censu Tabone biex jikkommemora il-Hamsin Anniversarju ta’ meta Malta giet moghtija il-George Cross, u biex iffakkar madwar 7000 persuni li tilfu hajjithom matul l-Assedju ta’ Malta bejn 1940 u 1943. Dawn il-persuni huma rapprezentati mill-istatwa tal-bronz li tinsab fit-tarf tas-Sur ta’ San Kristofru. Il-Qanpiena tal-Bronz, li tizen ghaxar tunellati, tindaq darba kuljum f’nofsinhar.
Restawr:
Ix-xoghol ta’ manutenzjoni fuq dan il-monument inbeda ftit xhur ilhu meta il-mekkanizmu li jhaddem il-qanpiena inbidlet ghal-wahda iktar moderna wara li dik originali waqfet tahdem. Ix-xoghol ta’ manutenzjoni issa se jissokta fuq il-monument innifsu, u qed isir minn haddiema tal-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta li tifforma parti mid-Direttorat tar-Restawr.
Ix-xoghol se jiswa madwar €10,000 u se jintemm fi ftit xhur ohra. Ta’ min wiehed jinnota li din is-sena se jigi ikkomemorat is-Sebghin sena minn meta Malta giet moghtija il-George Cross.
|