|
Wara 82 sena li kien ilu iservi lill-Mostin u lil dawk kollha li zaru r-Rotunda matul dan iz-zmien iz-zuntier li kien sar perikoluz gie mahtut u minfloku inbena iehor gdid.Iz-zuntier il-gdid inbena ezattament kif kien l-qadim u dan biex tigi rrispettata l-pjanta tal-Inginier George Grognet de Vasse’ li kien responsabbli mill-bini tal-knisja u naturalment taz-zuntier.

Grognet kien iddisinja wkoll zewg funtani quddiem iz-zuntier u obelisk ‘il barra miz-zuntier, quddiem it-tarag principali tieghu. Il-funtani, wara dan iz-zmien kollu nbnew.Dawn gew rregalati lill-Parrocca mill-Gvern Centrali, u tpoggew wahda fuq kull naha tat-tarag principali, quddiem il-parti dritta taz-zuntier.

Ix-xoghol fuq iz-zuntier u l-funtani sar b’investiment ta’ ‘l fuq minn €200,000. Il-knisja tal-Mosta harget nofs l-ispejjez taz-zuntier, filwaqt li l-Gvern Centrali hareg nofs l-ispejjez taz-zuntier u l-ispjjez kollha relatati mal-funtani u xi xoghol iehor.

Ix-xoghol beda’ f’Marzu ta’ l-2010 tlesta fl-ewwel gimgha ta’ Awissu 2010 qabel il-festa ta’ Santa Marija.
|