Government Logo
Works and Services Divisions spacer
spacer
spacer
Home | Project Design & Implementation Department | Cleansing & Maintenance Department | Current Projects | Recently Completed Projects | Official Boards | Reports & Documents | Directory | Links | Photo Gallery | Contact Us
spacer
Home  : News Archive : News Details

News Archive

News Details

Bullet Project Design & Implementation Department
Dotted Line
Bullet Cleansing & Maintenance Department
Dotted Line
Bullet Restoration Directorate
Dotted Line
Bullet Projects
Dotted Line
Bullet Other News
Design Spacer
 

XOGHOL TA’ TINDIF FIL-FORTIZZA TA’ SAN PAWL F’MARSAXLOKK

30/06/2010

Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino żar ix-xogħlijiet ta’ tindif li qed isiru fil-Fortizza ta’ San Pawl f’Marsaxlokk. Preżenti wkoll kien hemm l-Assistent Parlamentari  fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor Franco Debono li kien b’intervent tiegħu, u permezz ta’ mistoqsija parlamentari li ġie mgħarraf id-Dipartiment tal-Indafa Pubblika, sabiex isir dan ix-xogħol ta’ tindif f’din iż-żona ta’ Marsaxlokk. Hu kkalkulat li f’dan il-post intefgħu mal-25 tunnellata ta’ skart. Dan ix-xogħol ta’ tindif qiegħed isir biswit sit li ser  jinbidel f’Park għall-familji.

Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-ħaddiema ta’ dan id-Dipartiment ġabbru ‘l fuq minn 9,000 tunellata ta’ skart mit-toroq u postijiet ohra fejn ġie identifikat li kien hemm akkumulu ta’ skart mormi llegalment fl-aħħar xhur il-Gvern  investa man-nofs miljun ewro sabiex kompla jżid l-inġenji li għandu sabiex tiżdiet il-frekwenza tal-indafa fil-pajjiż. Kemm il-Ministru Pullicino kif ukoll l-Assistent Parlamentari Debono, ikkundannaw dawn l-atti ta’ persuni irresponsabbli. Huma appellaw  sabiex kulhadd jifhem l-importanza li nżommu pajjiżna nadif kemm għalina kif ukoll għal dawk li jżuruna.

Illum il-ġurnata m'għadx hawn skuża biex wieħed jarmi barra. Inbnew 5 ċentri biex jilqgħu fihom l-iskart goff, ġew installati 'l fuq minn 200 bring in site li jikkonsistu f'xejn anqas minn 800 kontenitur, kif ukoll hu offrut servizz ta' gbir ta' skart goff mid-djar tan-nies b’xejn.

Rapporti dwar postijiet li jkunu jeħtieġu intervent biex jitnadfu jistgħu isiru fuq il-freephone tal-ambjent 8007 6608

 

DOI - 28.06.2010 

Disclaimer | Privacy Policy | Copyright | Accessibility Statement | Help | FAQs | Sitemap | Homepage
 
Gov.mt Logo Government of Malta | © Ministry for Resources & Rural Affairs