Government Logo
Works and Services Divisions spacer
spacer
spacer
Home | Project Design & Implementation Department | Cleansing & Maintenance Department | Current Projects | Recently Completed Projects | Official Boards | Reports & Documents | Directory | Links | Photo Gallery | Contact Us
spacer
Home  : News Archive : News Details

News Archive

News Details

Bullet Project Design & Implementation Department
Dotted Line
Bullet Cleansing & Maintenance Department
Dotted Line
Bullet Restoration Directorate
Dotted Line
Bullet Projects
Dotted Line
Bullet Other News
Design Spacer
 

Xogħlijiet tal-Ġnien u l-Promenade fi Qui-Si-Sana

17/06/2010 07:30:00

Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, żar ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ fuq il-promenade u l-ġnien ġdid li jinsabu għaddejjin fi Qui-Si-Sana.

Minister George Pullicino visits works at Sliema

Dawn ix-xogħlijiet se jkomplu jagħtu dehra li tixraq lil dawn l-inħawi filwaqt li se jkun qed jingħata aktar spazju għar-rikreazzjoni tal-familji. Il-Ministru Pullicino waqt li żar ix-xogħlijiet ħabbar li dan il-ġnien ġdid se jissemma’  għall-ex Ministru George Bonello Dupuis.

Works in progress at Qiu-Si-Sana

Dan il-gnien se jkun mibni f’forma ta’ benniena, sabiex jilqa’ għal-irjiħat li jaħkmu minn fuq in-naħa tal-baħar. Il-ġnien se jkun miksi bit-turf, filwaqt li se jinkorpora fih ukoll tliet funtani. Bħalissa qed jinbnew tliet ġibjuni taħt il-ġnien biex fihom jinħażen l-ilma li permezz tiegħu jkun jista’ jisaqqa dan il-ġnien. Il-gnien hu wiesa 36metru u twil 180metri u se jinkorpora fih numru ta’ loghob għal kulhadd, inkluż novita’ fejn se jiġi nstallat apparat sportiv biex wieħed ikun jista’ jagħmel xi eżerċizzji fiżiċi.

Artists' Perspective of the Works

Ix-xogħlijiet fuq il-promenade jinsabu għaddejjin ġmielhom. Dan il-promenade inħareġ ‘il barra  lejn in-naħa tal-baħar u  qed jistrieħ fuq numru ta’ kolonni biex b’hekk ma jitnaqqasx l-ispazju ta’ fuq il-blat anzi nħolqu spazji li joffru dell. Saret ukoll rampa li hija wiesa’ biżejjed biex toffri aċċess għal kulħadd filwaqt li għal kuntlarju ta’ li kien isir qabel, ma toffrix aċċess biex jinżlu l-karozzi fuq il-bajja. B'kollox qed  isir pavimentar fuq madwar 700 metru kwadru ta' art, b'tul ta' madwar 175 metru u b'4 metri wisa'.  Kemm taħt il-promenade kif ukoll fil-ġnien se jinbnew ukoll faċilitajiet sanitarji.

Artists' Perspective of the Works

Dawn il-proġetti flimkien qed isiru b’investiment ta’ €2 miljun.

Disclaimer | Privacy Policy | Copyright | Accessibility Statement | Help | FAQs | Sitemap | Homepage
 
Gov.mt Logo Government of Malta | © Ministry for Resources & Rural Affairs