Government Logo
Works and Services Divisions spacer
spacer
spacer
Home | Project Design & Implementation Department | Cleansing & Maintenance Department | Current Projects | Recently Completed Projects | Official Boards | Reports & Documents | Directory | Links | Photo Gallery | Contact Us
spacer
Home  : News Archive : News Details

News Archive

News Details

Bullet Project Design & Implementation Department
Dotted Line
Bullet Cleansing & Maintenance Department
Dotted Line
Bullet Restoration Directorate
Dotted Line
Bullet Projects
Dotted Line
Bullet Other News
Design Spacer
 

PROĠETT TA’ TISBIĦ FIL-MOSTA

12/04/2010

No. 0612 Press Releases

Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino żar ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed isiru fuq iz-zuntier tal-Mosta. Ix-xogħol ta’ tranġar tal-ħitan taz-zuntier tal-knisja li jinkludu wkoll xogħol sabiħ tal-ħadid, qed issir skond id-disinji oriġinali tal-Perit Giorgio Grognet de Vasse, li lesta din il-Knisja Arċipretali tal-Mosta fl-1860.

Minister George Pullicino visits works at Mosta

Dan ix-xogħol li qed issir mill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, jirrikjedi ħaddiema tas-sengħa minħabba li d-disinn tal-parapett huwa tond u kull biċċa minnu għandu kurvatura differenti.

Minister George Pullicino visits works at Mosta

Bħala parti minn dan il-proġett ta’ tisbiħ se jiġu nstallati wkoll żewġ Sicilian fountains taħt iz-zuntier. Dawn il-funtani ser jitpoġġew ukoll fl-istess post li kien destinat għalihom, u kif kienu fil-ħsieb oriġinali tal-Perit Georgio Grongnet fil-pjanti oriġinali tiegħu għal proġett tal-Knisja tal-Mosta.

Minister George Pullicino visits works at Mosta

Dan il-progett tal-Gvern fil-Mosta qed isir b’investiment ta’ €200,000. Il-Knisja ser tkun qed tiffinanzja parti mill-ispiża. Dan il-proġett ser ikompli jsebbaħ din iż-żona li għandha valur storiku, kulturali u li tiġbed lejha ħafna turisti li jżuru pajjiżna.

DOI – 09.04.2010

Disclaimer | Privacy Policy | Copyright | Accessibility Statement | Help | FAQs | Sitemap | Homepage
 
Gov.mt Logo Government of Malta | © Ministry for Resources & Rural Affairs