No. 1925 Press Releases
Dalghodu l-Ministru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino zar il-progett tas-Salini fejn rega’ nfetah mill-gdid il-kanal tal-moghdija tal-ilma (“Is-Sukkursu"), u b’hekk regghet inholqot ic-cirkolazzjoni tal-ilma bahar madwar is-Salini f’Bahar ic-Caghaq.

Il-Ministru Pullicino qal li dan il-progett sar b’investiment ta’ madwar €250,000, li kien jinkludi wkoll it-tishih u r-restawr ta’ hajt ta’ madwar 90 metru li kellu numru ta’ hsarat kawza tal-maltemp. Dan il-hajt imur lura ghal zmien il-Kavallieri.
Dan il-kanal, li hu twil madwar 835 metru u fond 1.5 metri, ghal snin twal kien jimtela materjal u skart u fil-maltemp kien jispicca blukkat. Minhabba dan ma kienx qed jigi ggenerat kurrent u ghalhekk l-ilma kien ikun stagnat bir-rizultat li kien hemm riha ta’ ilma qieghed f’din iz-zona. Matul ix-xoghlijiet ittellghu mal-10,000 tunellata ta’ materjal minn dan il-kanal; permezz ta’ dan l-intervent ir-riha telqet ghall kollox. Sabiex il-kanal jibqa’ dejjem fl-istat li hu llum ser tibqa’ ssir manutenzjoni kontinwa.

Din il-korsa tal-ilma kienet mahluqa apposta meta nbnew is-salini fiz-zmien il-Kavallieri. Il-moviment tal-mewg u t-tides ghandhom parti importanti fil-funzjoni tas-salini u l-mod kif kienu jiffunzjonaw.

Dan il-progett huwa holqa minn katina ta’ progetti tal-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali biex tigi riabilitata z-zona kollha tas-Salini. Dan ix-xoghol ser jikkonsisti wkoll fir-restawr u r-riabilitazzjoni tas-salini, fir-restawr tal-huts li kienu jintuzaw biex jigi processat u stivat il-melh, fir-restawr tax-Ximenes Redoubt, fit-tindif tal-‘garigue’ li fuqu kien mitfugh materjal u anke fir-riabilitazzjoni tas-salt marsh. Din iz-zona hi wkoll kandidata tan-Natura 2000 u kemm il-huts, salini u Ximenes Redoubt huma skedati mill-Awtorita` ta’ Malta ghall-Ambjent u l-Ippjanar.